Il-Federazzjoni Maltija għall-Motorsport organizzat il-laqgħa ġenerali annwali tagħha t-Tlieta 28 ta’ Novembru 2017 f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan. Fl-indirzz tiegħu l-President tal-Federazzjoni, is-Sur Tonio Cini filwaqt li ta rendikont tal-ħidma bla waqfien fuq diversi proġetti mal-klabbs affiljati, saħaq ma’ dawk kollha preżenti sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-istruzzjonijiet rigward is-sigurtà fil-motorsport. Il-federazzjoni qiegħda tgħaddi ħafna informazzjoni u opportunitajiet [...]
↧