Id-difensur ċentrali ta’ Victoria Hotspurs Ferdinando Apap huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Ottubru 2017. Il-captain ta’ Spurs Apap jirnexxielu jipprevedi l-azzjonijiet tal-avversarji tiegħu waqt il-partita b’mod eċċellenti u, minbarra li għandu saħħa fiżika li tegħleb kull avversarju, juri teknika kbira biex iwaqqaf lill-avversarji tiegħu milli javvanzaw fil-grawnd. Il-kontribut tiegħu matul Ottubru kien essenzjali biex Victoria [...]
↧