Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa minn Colin Schembri Starlites 61 Gżira Athleta 73 (16-16)(11-21)(16-15)(18-21) Gżira Athleta kisbu s-sitt rebħa fil-kampjonat biex saħħew l-ewwel post tal-klassifika. Ġimgħa wara s-suċċess fit-tazza Louis Borg, huma reġgħu għelbu lil Starlites 73-61. Wara bidu bilanċjat fejn Starlites fetħu vantaġġ ta’ punt 5-4, Athleta kellhom run ta’ 10-0 bil-punti minn [...]
↧