Gavin Muscat Illum ġie fi tmiemu kors ta’ jumejn li jiċċertifika lill‑parteċipanti bħala judges u referees fil‑kompetizzjonijiet internazzjonali tal‑Isparar fl‑erba’ dixxiplini: shotgun, trap, double trap u skeet. Il‑kors sar mill‑Malta Shooting Sport Federation taħt il‑patroċinju tal‑ISSF u bil‑kollaborazzjoni ta’ SportMalta. Kienu 19‑il parteċipant, li fosthom hemm żewġ nisa, li temmew b’suċċess dan il‑kors li qed iservi wkoll ta’ preparazzjoni għall‑Malta [...]
↧