Gavin Muscat Din il-ġimgħa fil-partiti tal-MSVLIFE Masters League, Birkirkara kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara erba’ partiti u Jival sofrew it-tielet telfa konsekuttiva. Birkirkara għelbu r-resistenza tal-Jival biex irreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom tal-istaġun. Jival skurjaw l-ewwel gowl minn Abugela Wahashi imma Birkirkara ġabu d- draw b’wirja sodisfaċenti u marru jistrieħu b’vantaġġ tajjeb ta’ 4-1. It-tieni taqsima kienet aktar pjaċevoli [...]
↧