L-Istazzjon Sportiv ta’ Melita, Malta Stars, Melita Channel 614, nieda skeda ġdida u nnovattiva ddedikata lill-isport lokali. L-Istazzjon Malta Stars li għal dawn l-aħħar snin kien sinonimu max-xandiriet diretti tal-logħob mill-Kampjonat BOV Premier, minn dan ix-xahar se jkun qed jitrasmetti għażla ikbar ta’ sport lokali b’mod esklussiv. Dawn jinkludu l-aqwa logħbiet mill-Kampjonat tar-Rugby, Volleyball, Hockey, [...]
↧