KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI minn Colin Schembri Mellieħa Mr. Green 65 Phoenix Frank Salt 34 (16-10)(13-15)(16-5)(20-4) Mellieħa Mr. Green kisbu s-sitt rebħa tagħhom tal-istaġun meta għelbu lil Phoenix Frank Salt 65-34. Phoenix kienu ġejjin minn żewġ rebħiet konsekuttivi però din id-darba sabu diffikulta speċjalment wara l-intervall. Il-partita kellha bidu bilanċjat biż-żewġ timijiet jirrispondu [...]
↧