Il-kampjonat tat-Table Football lokali li kien organizzat mill-Malta Table Football Sports Association (MTFSA), ġie fi tmiemu u bħalma kien f’dawn l-aħħar snin, reġa’ kien kumbattut sal-aħħar ġurnata tal-logħob. Kien kampjonat maqsum fuq żewġ fażijiet, minħabba l-waqfa għall-Covid-19, imma din ma telfitx l-interess tal-membri u meta kien possibbli, komplew il-logħob tagħhom. Fl-ogħla diviżjoni, dik tal-kampjonat Premier, kellna taqtigħa bejn Jean Tabone u [...]
↧