Hekk kif wasal fi tmiemu l-ewwel rawnd tal-Ewwel Diviżjoni tal-Mapfre MSV Life, OkMalta.com u Total komplew jiddominaw u t-tnejn irreġistraw rebħiet komdi ta’ 8-0 kontra l-Bank of Valletta u l-Blitzkrieg rispettivament, biex baqgħu rasimbras fil-quċċata tal-klassifika. OkMalta.com kienu f’forma mill-isbaħ, bl-erba’ plejers kollha jaqbżu l-medja ta’ 200, hekk kif Mauro Anastasi spiċċa wkoll bħala l-aqwa [...]
↧