L-għawwiema ta’ 15 -il sena ta’ Sirens ASC Sasha Gatt rebħet l-unur tal-Atlas Żagħżugħa tax-Xahar għal Awwissu 2020. Gatt intgħażlet bħala r-rebbieħa ta’ dan l-unur wara r-riżultati li kisbet f’kompetizzjoni loklali u anke internazzjonali matul dan ix-xhar. Gatt bdiet tgħum fl-eta’ ta’ seba’ snin u gradwalment bdiet tirreġistra riżultati tajba. Ta’ tmien snin rebħet l-ewwel [...]
↧