Il-baħħar żagħżugħ Richard Schultheis rebaħ l-unur tal-‘Atlas Youth Athlete of the month’ għax-xahar ta’ Lulju 2020. Schultheis intgħażel bħala r-rebbieħ ta’ dan l-unur wara r-riżultati eċċezzjonali li kellu tul ix-xahar ta’ Lulju fejn rebaħ waħda mill-aktar kompetizzjonijiet ta’ prestiġju organizzati mill-Federazzjoni Taljana tal-Ibburdjar. Din kienet l-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun wara li tkomplew il-kompetizzjonijiet tal-Ibburdjar ta’ din il-kategorija [...]
↧