Il-Malta Motorsport Federation (MMF) ħasset il-bzonn li tirrispondi għall-bzonnijiet tal-membri tal-Federazzjoni u l-komunità tal-motorsport minħabba li l-għaqdiet affilijati mal-Federazzjoni intlaqtu ħażin matul dawn ix-xhur straordinarji li għaddejjin ilkoll minnhom. Il-pandemija globali COVID-19 poġġiet sfidi eċċezzjonali fuq l-attivitajiet sportivi u l-ħajja sportiva tagħna, bħal il-waqfien tal-kampjonati lokali, u r-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar li għamlitha diffiċli għal ħafna mis-sewwieqa [...]
↧