It-tieni tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series saret f’kundizzjonijiet pjuttust sħan nhar il-Ħadd filgħodu fit-Triq tal-Kosta tas-Salini. Bħal fl-ewwel tellieqa li saret il-ġimgħa li għaddiet kien hemm parteċipazzjoni sostanzjali. L-għawma ta’ 750 m seħħet f’ilmijiet relattivament kalmi. Kif kien mistenni l-ewwel barra mill-ilma kien Bernard Sant, li tejjeb il-ħin fuq il-ġimgħa l-oħra. Huwa [...]
↧