Disgħin triatleti ħadu sehem fl-ewwel tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series li saret nhar il-Ħadd il-għadda fin-naħa tas-Salina. It-tellieqa ġiet organizzata mill-Birkirkara St Joseph Sports Club u li saret taħt l-awspiċji tal-Malta Triathlon Federation. Bil-Covid-19 tikkanċella l-biċċa l-kbira tat-tlielaq internazzjonali u tqiegħed fid-dubju l-istaġun tat-triathlon, it-triatleti laqgħu l-opportunità li jtellqu lokalment. Il-parteċipazzjoni kienet [...]
↧