Il-Ħadd li għadda l–Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) ogranizzat ir-raba’ attviità mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2019/2020 li saret fil-Barriera fil-Fawwara. Għal din l-attività rreġistraw 15-il kompetitur maqsumin f’erba’ klassijiet. Il-korsa b’tul ta’ 3 kilometri, kienet ftit itwal minn dik tas-soltu. Matul il-kwalifiki Bernard Sammut fuq Beta u James Zahra fuq Sherco ddominaw il-klassifika ġenerali. [...]
↧