Andre Debrincat ta’ Kerċem Ajax huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar 2020. Debrincat, li għandu 24 sena ngħaqad ma’ Kerċem matul l-istaġun 2018/2019 minn Victoria Hotspurs fejn kien jifforma parti mit-tim li rebaħ il-Kampjonat BOV GFA għal żewġ staġuni konsekuttivi. Il-karriera tal-futbol ta’ Andrea bdiet fin-nursery tal-Oratory Youths fejn iddistingwa ruħu bħala attakkant prolifiku [...]
↧