L-attakkant ta’ 28 sena mis-Serbja, Igor Nedeljkovic huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2019. Nedeljkovic ingħaqad ma’ Għajnsielem FC fil-bidu tal-istaġun wara perjodi li fihom lagħab fil-Bożnija-Ħerzegovina, fl-Albanija, fil-Maċedonja u anke f’Hong Kong. Għajnsielem żiedu lil Nedeljkovic fit-tim bil-għan li jżidu l-kompetittività u l-konsistenza tagħhom. Il-kontribut tiegħu bħala attakkant ċentrali huwa akkumpanjat mill-effettività tiegħu mal-linji tal-ġnub [...]
↧