Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa minn Colin Schembri Starlites GIG 76 ARMS Depiro 49 (14-17)(16-7)(28-11)(18-14) Starlites GIG kisbu r-raba’ rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil ARMS Depiro 76-49. Depiro żammew il-pass sal-intervall però mit-tielet taqsima ‘l quddiem Starlites bdew iżidu l-vantaġġ u ħadu kontroll tal-partita. Depiro ppreżentaw l-akkwisti l-ġodda fejn huma ħadu lil Julia Scerri b’self [...]
↧