Jose Carlos Nogueira Junior huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Novembru 2019. L-Attakkant tax-Xewkija, magħruf aħjar bħala Juninho, ingħaqad mat-Tigers dan l-istaġun wara karriera fil-Bulgarija, l-Armenja u t-Turkija. Il-Brażiljan ta’ 34 sena huwa attakkant versatili ħafna u effettiv wkoll biex joħloq opportunitajiet li jattakkaw minn fuq il-linji. Juninho kien il-protagonist ewlieni fir-rebħa kbira ta’ 8-1 [...]
↧