Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Major ta’ Milan 2019 fiċ-ċentru sportiv Schuster. Fil-kategoriji individwali li ġew organiżżati s-Sibt, Mario Camilleri kien qed jieħu sehem fil-kategorija tal-Veterani. Mario Camilleri kellu prestazjoni tajba u wasal sal-kwarti tal-finali. Camilleri tilef kontra it-taljan Gianfranco Calonico bis-sudden death 2-1. Il-Ħadd kien jmiss il-kompetizzjonijiet tat-timijiet. Valletta SC kien iffurmat [...]
↧