Intemmet qabel ma kien previst l-avventura ta’ Malta fl-ewwel edizzjoni tal-FIA Motorsport Games ġewwa ċ-ċirkwit ta’ Vallelunga. Malta ikkompetiet biss fid-Drift Cup fejn kienet rappreżentata minn Kane Pisani. Il-provi bdew isiru waqt xita u trakka mxarrba, allura kienet aktar diffiċli. Sfortunatament waqt l-ewwel provi Pisani sofra ħsara fejn tielef waħda mir-roti ta’ wara. Għalkemm it-tim [...]
↧