Jake Grech ta’ Hibernians huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Awwissu 2019. Meta kienu bl-iskor ta’ 1-0 minn taħt kontra Gudja fl-ewwel partita tal-istaġun għal Hibernians, il-plejer ta’ 21 sena li jilgħab f’pożizzjoni ċentrali f’nofs il-grawnd skorja minn xutt mit-tarf tal-kaxxa biex tefa’ l-ballun fil-qiegħ tax-xibka u ġab fix-xejn il-vantaġġ li kellhom Gudja. Grech kien il-moħħ wara r-rebħa [...]
↧