Valletta Subbuteo Club, onorati bil-laqgħa li kellhom mal-President ta’ Malta Dr George Vella, ġewwa l-Palazz ta’ San Anton. Il-President ltaqa’ mat-tim immexxi mill-captain Samuel Bartolo. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-President Onorarju s-Sur Ray Azzopardi, il-President is-Sur Felix Rizzo u s-Segretarja Monalita Balzan. Il-laqgħa saret fl-okkazjoni tal-anniversarju tal-31 sena mit-twaqqif tal-klabb u qabel [...]
↧