Il-Kampjonati Arena Birkirkara St. Joseph Open Water Swimming ingħataw bidu nhar l-Erbgħa wara nofsinhar fil-Bajja tas-Salina meta seħħet l-ewwel tellieqa tas-Serje. Wieħed u sebgħin għawwiem ħadu sehem fil-korsa ta ‘żewġ kilometri, u ħames atleti ħadu sehem fit-tellieqa mifruxa fuq kilometru. Fil-Kategorija tan-Nisa, Sarah Demicoli reġgħet lura għall-ogħla post fuq il-podju, post li hi ddominat [...]
↧