Nhar il-Ħadd li l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) ser torganizza it-tmien attvità mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross ASMK Pasta Poiatti 2018/2019. Il-programm jibda fl-għaxra ta’ filgħodu fejn din is-sezzjoni Autocross ser tagħmel kompetizzjoni ta’ tiġrijiet li jkunu maqsuma f’żewġ klassijiet, dik Modified u oħra Standard. Kull klassi trid tagħmel tliet rawnds ta’ kwalifikazzjoni li jagħzlu il-kompetituri għall-finali [...]
↧