38 atleta bl-eta’ bejn is-6 u s-17-il sena irrappreżentaw lill Malta Karate Federation billi pparteċipaw fil-kampjonati tal-karate f’Penrith fl-Ingilterra, nhar il-Ħadd 10 ta’ Marzu, 2019. Aktar minn 400 atleta mill-Ingilterra, Malta, l-Iskozja u Wales ħadu sehem kemm fil-Kata kif ukoll fil-Kumite fejn it-Tim Malta kiseb 11 fl-ewwel post, 10 it-tieni u 20 it-tielet. Il-kowċis nazzjonali [...]
↧