Nhar il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat b’suċċess għall-ewwel darba l-Ladies Demolition Derby li għaliha ipparteċipaw 10 parteċipanti nisa. Dawn l-ewwel għamlu parata ta’ żewġ dawriet mal-korsa u wara ingħata is-sinjal għal bidu ta dan id-Derby. Minkejja li dawn qatt ma kellhom l-esperjenza ta’ Demolition Derby, bdew jagħtu daqqiet spettakolari b’teknika pulita fis-sewqan [...]
↧