Hekk kif nhar is-Sibt se tkun organizzata d-59 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, l-kumitat Organizattiv bi pjaċir iħabbar li ċ-ċampjin Taljan tal-Boxing fil-kategorija Lightwieght u ċampjin Interkontinentali tal-WBA Carmine Tommasone se jkun il-mistieden speċjali waqt is-serata. Tommasone twieled f’Avellino l-Italja fit-30 ta’ Marzu 1984. Hu beda l-karriera fil-boxing fis-sena 2010 fejn kellu l-unur li jirrapreżenta l-Italja fil-kategorija Lightweight fl-Olimpjadi tal-2016 [...]
↧