Il-forma pożittiva li jinsabu fiha Senglea bħalissa, u li tathom it-tama li jżommu posthom fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti bla dubju ngħatat spinta permezz tal-wirjiet eċċellenti ta’ Augusto Caceres. Caceres skorja l-ewwel gowl ta’ Senglea għall-2019 fir-rebħa tagħhom ta’ 4-0 fuq Qormi. Fit-tlettax-il minuta tal-partita, Caseres interċetta tqassima minn Leighton Grech u b’ħeffa u ħila kbira [...]
↧