Il-Captain ta’ Hibernians Charlene Zammit hija l-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għal Novembru 2018. Id-difensur ċentrali, li qed tilgħab il-11-il staġun konsekuttiv tagħha ma’ Hibernians kienet fattur determinanti biex Hibernians baqgħu bla telfa fl-erba’ partiti tagħhom f’Novembru b’rebħiet fuq Swieqi, Mosta, Kirkop u Fgura, bil-prestazzjoni tagħha tkun ikkomplementata b’gowl fir-rebħa tagħhom ta’ 5-0 kontra Mosta. Charles Azzopardi, [...]
↧