Nhar il-Ħadd li ġej l-ASMK tkompli bit-tielet attività tal-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2018/2019, li tikkonsisti f’tiġrijiet bil-muturi motocross. L-attività tibda fl-10:00am fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali. Intant nhar il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat il-programm speċjali ta’ qabel il-Milied b’attività annwali speċjali. Din il-ġurnata issa ilha stabbilita sew fil-kalendarju tal-assoċjazzjoni, [...]
↧