Valletta għalqu s-sena 2018, li tibqa waħda memorabbli f’kull sens, meta baqgħu jirbħu anki fil-bidu tar-Rawnd tal-Elite. Tarxien Rainbows min-naħa tagħhom offrew reżistenza qawwija u kellhom diversi ċansijiet lejn il-lasti avversarji. Madanakollu l-Beltin ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1, b’doppjetta ta’ Jovica Milijic. Ir-Rainbows min-naħa tagħhom naqsu l-iskor permezz ta’ Joselito Aguilera. F’aktar logħbiet mir-Rawnd tal-Elite, [...]
↧