Tazza Louis Borg Irġiel minn Colin Schembri Gżira Athleta 106 Balkan Fusion 73 (23-13)(30-19)(26-15)(27-26) Gżira Athleta għamlu ċert mill-kwalifikazzjoni sa’ mill-ewwel partita meta huma kisbu rebħa kbira kontra Balkan Fusion 106-73. Balkan kellhom biss sitt players għal din il-partita hekk kif Nikola Andrejevic se jkompli l-istudji tiegħhu barra mill-pajjiż u Dalibor Micic kien nieqes ukoll. [...]
↧