Malta Heat rebħu l-ewwel turnew internazzjonali tal-baseball, il-Hardball City Cup f’Marl, fil-Ġermanja, fejn it-tim Malti rnexxielu jirbaħ erba’ logħbiet minn ħamsa. Il-logħob intlagħab fil Johanstadion f’Marl, fejn it-tim Malti kien imħarreġ sew matul is-sajf għal dan il-kampjonat. Il-kowċ Michael Bartolo ipprepara sew lill-plejers tiegħu biex ikunu ta’ livell għal din il-kompetizzjoni. Fl-ewwel logħba Malta Heat għelbu [...]
↧