Il-komunita’ tal-media sportiva tinsab f’luttu hekk kif kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ l-eks ġurnalist sportiv u President attwali tal-Federazzjoni Maltija tal-Lotta Simon Bonello. Simon Bonello kien mill-Furjana u miet fl-eta’ ta’ 85 sena. Għal diversi snin hu kien membru fl-Għaqda Ġurnalisti Sport aktar qabel magħrufa bħala Għaqda Kittieba Sport fejn serva bħala Viċi President. Sal-llum [...]
↧