Rebħa oħra tajba għal Valletta FC Futsal, meta għelbu lt-tim Irlandiż ta’ Futsamba Naas bl-iskor ta’ 5-0. Valletta għal darb’oħra marru kmieni fil-vantaġġ, preċiżament fit-tielet minuta u reġa’ kien Murtaz Kakabadze b’xutt mid-distanza. Ħames minuti wara kien it-Taljan Denis Di Maio li rdoppja l-iskor u minuta biss wara Ninoslav Aleksic għamilhom 3-0. Fit-tieni taqsima l-Beltin [...]
↧