Bħala parti mill-isforzi biex il-football tan-nisa f’Malta jkompli jiżviluppa u jżid fil-popolarità, dan l-aħħar tnieda proġett ġdid mid-Dipartiment tal-Football tan-Nisa fi ħdan il-Malta Football Association. Dan kien jikkonsisti f’sessjonijiet wara l-iskola f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex bil-għan li din l-inizjattiva tilħaq aktar bniet, speċjalment dawk minn etajiet bejn is-seba’ u għaxar snin, u tagħtihom l-opportunita [...]
↧