Il-President tal-Malta Employees Sports Association (MESA), Mark Marlow, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie kkonfermat bħala Membru fil-Kumitat Eżekuttiv tal-European Federation for Company Sport (EFCS) għall-erba’ snin li ġejjin waqt il-Kungress tal-Federazzjoni Ewropeja f’Ljubljana, is-Slovenja. Dan se jkun it-tieni term għal Marlow, li kien ġie elett għall-ewwel darba fl-2014 f’Riccione, l-Italja. Din id-darba Marlow ingħata [...]
↧