Emiliano Lattes ta’ Victoria Hotspurs żied it-trofew tal-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal April 2018 mat-trofew tal-Kampjonat BOV GFA, liema kompetizzjoni kienet iddominata mill-Hotspurs. Il-plejer ta’ nofs il-grawnd li ġej mill-Arġentina wera l-versatilità tiegħu meta kien hemm biex jipproteġi lid-difiża tat-tim tiegħu filwaqt li jixpruna l-azzjonijiet għall-attakk tat-tim, u anke kellu xuttijiet tajbin ħafna minn quddiem il-lasta. [...]
↧