L-MFPA Awards li saru fit-23 ta’ April 2018, ġew fit-tmiem ta’ staġun kalċistiku eċitanti u kompetittiv ħafna, li ra timijiet jissieltu biex jipprevalu kemm fil-quċċata, kif ukoll fin-naħa t’isfel tal-klassifika, fid-diviżjonijiet kollha. Sa ċertu punt dan kien anke rifless fir-riżultat tal-votazzjoni ta’ dawn l-awards. B’iktar minn 300 vot imqassam, ivverifikat u magħdud (għal tlett drabiet), [...]
↧