Brenda Borg ta’ Mġarr United hija l-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għal Jannar u Frar tal-2018. Brenda lagħbet għat-tletin darba ma’ Malta fir-rebħa ta’ Malta ta’ 4-1 fuq l-Estonja nhar it-8 ta’ Frar u għal ftit ma rnexxilhiex tniżżel isimha mal-lista tal-iskorers hekk kif il-gowler tal-Estonja rnexxielha ssalva x-xutt angolat ta’ Borg u titfgħu f’corner. Borg tat partita iebsa [...]
↧