ST. JAMES HOSPITAL SHIELD – IRĠIEL Falken Cynergi Virtus 76 Floriana Cafè Del Mar 68 (15-16)(26-14)(16-16)(19-22) L-ewwel konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet kienet il-finali tat-tazza tal-Indipendenza meta Falken Cynergi Virtus kisbu l-ewwel tazza tal-istaġun tagħhom. Minn dakinhar Floriana żiedu lil Anton Axiaq fil-formazzjoni tagħhom madankollu Virtus xorta kisbu t-tieni rebħa tagħhom li poġġiethom direttament fis-semi-finali. [...]
↧