Nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tas-1:00 ta’ wara nofsinhar, il-Gozo Motocross Association kompliet il-programm tagħha fit-trekk ta’ Xhajma. Il-ħames round beda bi Klassi Ċ fejn is-sewwieq ġdid u żagħżugħ Glenn Vella, għamel suċċess minn din it-tieni parteċipazzjoni tiegħu hekk kif akkwista punti massimi fil-kategorija tiegħu. Huwa saq maġenb s-sewwieq renjanti Anthony Fenech u kif ukoll [...]
↧