Kwart ta’ miljun ewro kienu preżentati lill-assoċjazzjonijiet sportivi jew atleti fl-ewwel minn erbgħa ċerimonji ta’ għoti ta’ assistenza finanzjarja minn SportMalta li huma pjanati għall-2017. Fil-fatt kienu 35-il assoċjazzjoni/atleta li bbenefikaw minn somma li kienet qrib il-kwart ta’ miljun. Iċ-ċerimonja saret fil-Klabb tal-Boċċi tal-Isla li kien wieħed mill-klabbs li bbenefikaw. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius [...]
↧