Kampjonat Bank of Valletta Irġiel – FINALI minn Colin Schembri Bupa Luxol 84 Floriana MCP Car Parks 71 (25-12)(22-16)(23-18)(14-25) Bupa Luxol huma c-champions il-ġodda tal-basketball lokali għat-tlettax –il darba fl-istorja tagħhom. Wara nuqqas ta’ seba’ staġuni t-trofew ta’ Champions reġa’ mar għand it-team imexxi minn John Tabone hekk kif huma kisbu t-tielet rebħa kontra Floriana [...]
↧