Gavin Muscat Matul din il-ġimgħa kellna aktar logħbiet interessanti, fejn mill-grupp tal-Elite, Valletta u Hamrun Tre Angeli ħarġu rebbieħa fuq l-Universitarji u Swieqi rispettivament. Kienu żewġ logħbiet bilanċjati tant li t-timijiet telliefa, xorta kellhom prestazzjoni tajba. Valletta għelbu lit-tim tal-Università bl-iskor ta’ 6-2. Għall-Beltin kellna doppjetti għal Daniel Jesus Aguilera Puerto u Rodrigo Ticz Patricio, [...]
↧