Gavin Muscat ‘Il-Gvern, permezz ta’ SportMalta, qed jaħdem id f’id mal-amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball sabiex jerġa jitqajjem interess fil-logħba filwaqt li nattiraw aktar żgħażagħ u tfal lejn l-isport,’ dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius waqt li żar il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Konfederazzjoni tal-Volleyball Ewropea (CEV). Is-CEV hija l-ogħla organizzazzjoni tal-Volleyball fl-Ewropa [...]
↧